Guze acqualina biography sample
Guze acqualina biography sample
Short biography sample.
Il-Professur Ġużè Aquilina twieled il-Munxar fis-7 ta’ April 1911 u studja fis-Seminarju tal-Isqof f’Għawdex u aktar tard fl-Università ta’ Malta u fis-School of Oriental and African Studies of the University of London (1937-40).
Kien l-ewwel Professur tal-Katedra tal-Malti u l-Ilsna Orjentali (1937-76) u kien id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti (bejn is-snin 1948-1966 u s-snin 1972-75) fl-Università ta’ Malta. Kien ukoll Pro Viċi Kanċillier tal-istess Università mill-1970 sal-1974.
Minn meta laħaq Kap tad-Dipartiment tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università fl-1937 ma heda qatt bl-inizjattivi favur l-istudju tal-Malti u f’ħafna ċentri kulturali barra minn Malta, l-aktar fl-universitajiet ta’ Sorbonne u ta’ Leeds fejn kien meqjus bħala awtorità fl-istudji tal-Malti.
Fuq il-proposta tal-istoriku Fernand Braudel, Aquilina nħatar President tal-Association d’Ètude des Civilisations Mèditerranèennes fl-1972, kariga li okkupa għal għaxar snin. Kien il-President tas-Soċjetà tal-Arti, Mani